Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Frar 2012 - Goutier vs UASI - Euro Data (ARANTAX)

(Kawża T-387/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ARANTAX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ANTAX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użi ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Goutier (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Happe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Euro Data GmbH & Co. KG, Datenverarbeitungsdienst (Saarbrücken, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Wagner, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta' Lulju 2010 (Każ R 126/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Euro Data GmbH & Co. KG, Datenverarbeitungsdienst u Klaus Goutier.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Klaus Goutier huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010.