Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Settembru 2009 - JOOP! vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' punt esklamattiv f'rettangolu)

(Kawża T-191/08) 1

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta punt esklamattiv f'rettangolu - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: JOOP! GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schmidt-Hollburg, W. Möllering, A. Löhde, H. Leo, A. Witte, T. Frank, A. Theil, H.-P. Rühland, B. Willers u T. Rein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta' Marzu 2008 (Każ R 1822/2007-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' sinjal figurattiv bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

JOOP ! Gmbh hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 183, 19.7.2008.