Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Marzu 2010 - Forum 187 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/08)1

"Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna favur ċentri ta' koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju - Deċiżjoni ġdida tal-Kummissjoni adottata wara annullament parzjali mill-Qorti tal-Ġustizzja - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta' interess ġuridiku - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Forum 187 ASBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Sutton u G. Forwood, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2008/283/KE tal-Kummissjoni, tat-13 ta' Novembru 2007, dwar l-iskema ta' għajnuna implementata mill-Belġju għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju, u li temenda d-Deċiżjoni 2003/757/KE (ĠU 2008, L 90, p. 7), sa fejn hija ma tagħtix perijodi tranżitorji prospettivi raġjonevoli liċ-ċentri ta' koordinazzjoni kkonċernati mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ġunju 2006, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni (C-182/03 u C-217/03, Ġabra p. I-5479)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Forum 187 ASBL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C ##, ##.