Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2014 – Mogyi vs UASI (Just crunch it...)

(Kawża T-8/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Revoka tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Mogyi Kft (Csávoly, l-Ungerija) (rappreżentant: Zs. J. Klauber, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Sipos u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1921/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Just crunch it... bħala trade mark Komunitarja.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.Il-konvenut huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess u dawk sostnuti mir-rikorrenti.