Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2024 – Digi International vs EUIPO – Teraoka Seiko (DIGI)
(Kawża T-196/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Digi International, Inc. (Hopkins, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hawkins, T. Dolde u C. Zimmer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Teraoka Seiko Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “DIGI” –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 326 111 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 1906/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ikkonstatat użu ġenwin tar-reġistrazzjoni Nru 3 481 199 DIGI tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea;
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 2 887 449 mressqa kontra t-trade mark inkwistjoni fl-intier tagħha;
tikkundanna lill-EUIPO u/jew il-parti l-oħra (jekk wieħed jassumi li tintervjeni fil-proċedimenti) għall-ispejjeż tal-proċedimenti.
Motivi invokati
Żnaturament tal-evidenza skont l-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________