Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 – Alliance One International Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-668/11 P) 1

(Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum – Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq – Ksur tal-Artikolu 81 KE – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha – Effett dissważiv – Ugwaljanza fit-trattament – Kooperazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ċirkustanzi attenwanti)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Alliance One International Inc. (rappreżentanti: M. Odriozola u A. Vide, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u J. Bourke, aġenti)SuġġettAppell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-12 ta’ Ottubru 2011, Agroexpansión vs Il-Kummissjoni (T-38/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004)4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B2 - Tabakk mhux maħdum - Spanja)DispożittivL-appell huwa miċħud.Alliance One International Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.