Language of document : ECLI:EU:C:2013:614





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Alliance One International vs Il‑Kummissjoni

(Kawża C‑668/11 P)

“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar ta’ tabakk mhux maħdum — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha — Effett dissważiv — Ugwaljanza fit-trattament — Kooperazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ċirkustanzi attenwanti”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha — Possibbiltà għall-Kummissjoni li tikkorrobora l-preżunzjoni b’fatti intiżi li jistabbilixxu l-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti — Assenza ta’ obbligu (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 36-41)

2.                     Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 50, 51, 77, 81, 88, 89))

3.                     Appell — Aggravji — Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 168(1)(d) u 169(2)) (ara l-punti 52, 53)

4.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Natura dissważiva — Kriterji għall-evalwazzjoni tal-fattur ta’ dissważjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs u tar-riżorsi globali tal-impriża sanzjonata — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 62-65)

5.                     Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170(1)) (ara l-punti 68, 69)

6.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Ċirkustanzi attenwanti — Waqfien tal-ksur qabel l-intervent tal-Kummissjoni — Esklużjoni (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 98/C/03, it-tielet inċiż tal-punt 3) (ara l-punti 86, 87)

7.                     Appell — Aggravji — Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa — Aggravju ineffettiv — Ċaħda (ara l-punti 91, 92)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tat-12 ta’ Ottubru 2011, Agroexpansión vs Il‑Kummissjoni (T‑38/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004)4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja).

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Alliance One International Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.