Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2024 – Dakem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/23) 1

(“Rikors għal annullament – Saħħa pubblika – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/686 – Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni ta’ prodott bijoċidali (insettiċida) – Terminu ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Tardività – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dakem (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u P. Sellar, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Cullen u R. Lindenthal, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/686 tal-24 ta’ Marzu 2023 li ma tagħtix l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Insecticide Textile Contact” (ĠU 2023, L 90, p 42).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Renju tal-Belġju u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Dakem hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

Dakem, il-Kummissjoni, ir-Renju ta-Belġju u l-ECHA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.

____________

1     ĠU C 296, 21.8.2023.