Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2024 – Quality First vs EUIPO (MORE-BIOTIC)

(Kawża T-243/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MORE-BIOTIC – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Quality First GmbH (Elmshorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Schneider u M. Kleinn, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Klee, aġent)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Frar 2023 (Każ R 1708/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Quality First GmbH u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 223, 26.6.2023.