Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2009 - United States Polo Association vs UASI - Textiles CMG (U.S. POLO ASSN.)

(Kawża T-228/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United States Polo Association (Lexington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Textiles CMG, SA (Onteniente, Valencia, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta' Marzu 2009, fil-Każ R 886/2008-4; u

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk tar-rikorrenti, u, jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell kellha tintervjeni fil-proċedimenti, tikkundannaha tbati l-ispejjeż tagħha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "U.S. POLO ASSN.", għal prodotti fil-klassijiet 9, 20, 21, 24 u 27

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni Spanjola tat-trade mark verbali "POLO-POLO" għal prodotti fil-klassi 24; Reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark verbali "POLO-POLO" għal prodotti fil-klassijiet 24, 25 u 39

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________