Language of document :

Appell ippreżentat fil-15 ta' Jannar 2009 minn Luigi Marcuccio kontra d-digriet mogħti fl-4 ta' Novembru 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-133/06, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-9/09 P)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

Fi kwalunkwe każ:

(A.1) tannulla fl-intier tiegħu u mingħajr eċċezzjoni d-digriet appellat.

(A.2) tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza kien manifestament ammissibbli.

Prinċipalment:

(B.1) tilqa' fl-intier tagħhom u mingħajr eċċezzjoni t-talbiet tal-appellant li jinsabu fir-rikors fl-ewwel istanza;

(B.2) tikkundanna l-appellata tħallas lura l-ispejjeż kollha tal-kawża, inkluż kemm dawk tal-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell;

sussidjarjament:

(B.3) tibgħat mill-ġdid il-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b'kompożizzjoni ġdida, sabiex tiddeċiedi mill-ġdid fuq l-istess talbiet.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell preżenti huwa intiż kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta' Novembru 2008, fil-Kawża F-133/06, L. Marcuccio vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant jinvoka s-segwenti aggravji:

Nuqqas manifest ta' investigazzjoni u nuqqas li tittieħed deċiżjoni fuq punt fundamentali tal-kawża, safejn id-digriet appellat ma jiddeċidiex dwar id-dikjarazzjoni tal-ineżistenza ex lege tad-deċiżjoni kkontestata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Nuqqas manifest ta' motivazzjoni tad-deċiżjonijiet li jinsabu fid-digriet appellat fir-rigward kemm tal-inammissibbiltà tat-talbiet "sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata trodd lura lir-rikorrent il-beni personali tiegħu", tal-"annullament tad-deċiżjoni kkontestata" u tat-"talba għad-danni" kif ukoll fir-rigward tal-fatt li r-rikorrent ġie kkundannat għall-ispejjeż, anke minħabba applikazzjoni żbaljata u żnaturament tal-fatti, nuqqas manifest ta' investigazzjoni, inkonsistenza u nuqqas ta' raġonevolezza, kif ukoll interpretazzjoni falza u żbaljata tar-regoli u tal-ġurisprudenza Komunitarja.

Difetti proċedurali, minħabba nuqqas ta' osservanza tal-obbligu li ma jiġix meħud inkunsiderazzjoni l-kontenut tar-risposta peress li ġiet ippreżentata tard mill-appellata, b'mod li tista' tkun ta' preġudizzjoni fil-konfront tal-appellant.

Ksur tar-regoli dwar is-smigħ xieraq.

____________