Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' April 2010 - Schunk vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' parti ta' ċokk ta' torn)

(Kawża T-7/09) 1

"Trade mark Komunitarja − Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta parti ta' ċokk ta' torn bi tliet gruvijiet − Raġuni assoluta għal rifjut − Nuqqas ta' karattru distintiv − Nuqqas ta' karattru distintiv miksub bl-użu − Artikoli 7(1)(b) u 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 7(1)(b) u 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schunk GmbH & Co. KG Spann- und Greiftechnik (Lauffen am Neckar, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Koppe-Zagouras, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta' Ottubru 2008 (Każ R 1109/2007-1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal li jirrappreżenta parti ta' ċokk ta' torn bi tliet gruvijiet bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Schunk GmbH & Co. KG Spann- und Greiftechnik hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 69, 21.03.2009.