Language of document : ECLI:EU:T:2010:153





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ April 2010 – Schunk vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ parti ta’ ċokk ta’ torn)

(Kawża T-7/09)

“Trade mark Komunitarja − Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta parti ta’ ċokk ta’ torn bi tliet gruvijiet − Raġuni assoluta għal rifjut − Nuqqas ta’ karattru distintiv − Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl‑użu − Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 22, 33)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 1109/2007‑1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal li jirrappreżenta parti ta’ ċokk ta’ torn bi tliet gruvijiet bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Schunk GmbH & Co. KG Spann- und Greiftechnik

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark li tirrappreżenta parti ta’ ċokk ta’ torn bi tliet gruvijiet għal prodotti fil-klassijiet 7 u 8 – Applikazzjoni Nru 3098894

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


 Dispożittiv

1)         Ir-rikors huwa miċħud.

2)         Schunk GmbH & Co. KG Spann- und Greiftechnik hija kkundannata għall‑ispejjeż.