Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Mejju 2008 - Market Watch vs UASI - Ares Trading (SEROSLIM)

(Kawża T-201/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Market Watch Franchise & Consulting, Inc. (Freeport, il-Baħamas) (rappreżentant: J. E. Korab, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Ares Trading, SA (Aubonne, l-Iżvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa' r-rikors ippreżentat mir-rikorrenti,

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Marzu 2008 fil-każ R 0805/2007-2, u tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell fejn tintalab dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "SEROSLIM" għal prodotti u servizzi fil-klassi 3, 5 u 35 - applikazzjoni Nru 4 113 321

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali "SEROSTIM" għal prodotti fil-klassi 5 - trade mark Komunitarja Nru 2 405 694

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 5 u fir-rigward tas-"sapun, lozjonijiet tax-xagħar u dentifriċji" fil-klassi 3.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-appell

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 safejn l-iktar aspett importanti fl-evalwazzjoni ta' l-eżistenza ta' kull probabbiltà ta' konfużjoni hija l-impressjoni ġenerali li tinħoloq f'moħħ il-pubbliku kkonċernat miż-żewġ trade marks in kwistjoni. Barra minn hekk, l-eżistenza tal-probabbiltà ta' konfużjoni li hija rilevanti mil-lat tal-liġi tat-trade marks, tiddependi f'dan il-kuntest minn numru kbir ta' ċirkustanzi, inkluż, iżda mhux biss, ir-rikonoxximent tat-trade mark in kwistjoni, l-assoċjazzjonijiet li s-sinjali użati jew irreġistrati jidhru kapaċi li joħolqu kif ukoll il-livell ta' xebh bejn it-trade mark u s-sinjal jew bejn il-prodotti u is-servizzi relatati.

____________