Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Lulju 2011 - Trabelsi et vs Il-Kunsill
(Kawża T-187/11 R)
"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar ta' fondi Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mohamed Trabelsi (Pariġi, Franza); Ines Lejri (Pariġi); Moncef Trabelsi (Pariġi); Selima Trabelsi (Pariġi); u Tarek Trabelsi (Pariġi) (rappreżentanti: inizjalment A. Metzker, sussegwentement A. Tekari, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u G. Étienne, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji u għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta' Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 40)
Dispożittiv
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________