Language of document : ECLI:EU:T:2021:625


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad29 ta’ Settembru 2021 –
TUIfly vs IlKummissjoni

(Kawża T447/18)

“Għajnuna mill-Istat – Ftehimiet konklużi bejn Kärntner Flughafen Betriebsgesellschaft u l-kumpanniji tal-ajru Hapag Lloyd Express u TUIfly – Servizzi ajruportwali – Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom – Vantaġġ – Kriterju ta’ investitur privat – Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Dritt ta’ aċċess għall-fajl – Dritt għal smigħ”

1.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Possibbiltà għall-benefiċjarju tal-għajnuna li jinvoka drittijiet li, fihom infushom, huma daqstant estiżi bħad-drittijiet tad-difiża – Assenza – Dritt tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jiġi assoċjat mal-proċedura b’mod adegwat – Portata – Dritt ta’ aċċess għall-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni – Assenza

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 108 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

(ara l-punti 40 sa 55)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Distinzjoni bejn ir-rekwiżit ta’ selettività u l-iskoperta konkomitanti ta’ vantaġġ ekonomiku kif ukoll bejn skema ta’ għajnuna u għajnuna individwali – Għajnuna individwali – Kuntratti ta’ servizzi ajruportwali u ta’ kummerċjalizzazzjoni li jagħtu lok għal vantaġġ favur kumpannija tal-ajru – Preżunzjoni ta’ selettività – Kuntratti ta’ servizz li kienu ppreċeduti minn sejħiet għal offerti miftuħa għall-kumpanniji tal-ajru interessati kollha – Assenza ta’ effett

(Artikolu 107(1) TUE)

(ara l-punti 63 sa 73)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-operazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha – Assenza ta’ ġerarkija bejn il-metodu tal-analiżi komparattiva u l-metodi ta’ evalwazzjoni l-oħra

(Artikolu 107(1) TUE)

(ara l-punti 77 sa 80)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

(Artikoli 108(2) u 263 TFUE)

(ara l-punt 91)

5.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Natura raġonevoli tat-tranżazzjoni għal investitur privat li tfittex politika għal żmien medju jew fit-tul – Kuntratti ta’ servizzi ajruportwali u ta’ kummerċjalizzazzjoni li jagħtu lok għal vantaġġ favur kumpannija tal-ajru – Analiżi tal-profittabbiltà ta’ dawn il-kuntratti – Evalwazzjoni mwettqa billi l-perijodu ta’ żmien jiġi limitat għat-tul tal-kuntratti – Ammissibbiltà

(Artikolu 107(1) TUE)

(ara l-punti 92 sa 100, 107, 108, 119)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(1) TFUE – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prassi preċedenti – Esklużjoni

(Artikolu 107(1) TUE)

(ara l-punti 102, 198)

7.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Eżami tal-kriterju tal-investitur privat – Espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-profittabbiltà tal-kuntratti kkonċernati billi tillimita l-perijodu ta’ żmien għat-tul tagħhom – Motivazzjoni suffiċjenti

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 120, 121)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Kuntratti ta’ servizzi ajruportwali u ta’ kummerċjalizzazzjoni li jagħtu lok għal vantaġġ favur kumpannija tal-ajru – Analiżi tal-profittabbiltà ta’ dawn il-kuntratti – Teħid inkunsiderazzjoni tal-għajnuna mogħtija lill-amministratur tal-ajruport sabiex jiffinanzja parzjalment l-imsemmija kuntratti bħala dħul marġinali – Assenza

(Artikolu 107(1) TUE)

(ara l-punti 138 sa 147)

9.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Artikolu 107(1) u (3) TFUE)

(ara l-punti 183 sa 185)

10.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista' tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 107(3)(c) TFUE – Kundizzjonijiet – Effett ta’ inċentiv u neċessità tal-għajnuna – Kuntratti ta’ servizzi ajruportwali u ta’ kummerċjalizzazzjoni li jagħtu lok għal vantaġġ favur kumpannija tal-ajru – Kuntratti li jtejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża benefiċjarja mingħajr ma jkunu neċessarji sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 107(3)(c) TFUE – Esklużjoni

(Artikolu 107(3)(c) TFUE)

(ara l-punti 186 sa 196)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/628 tal‑11 ta’ Novembru 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24221 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta’ Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport (ĠU 2018, L 107, p. 1), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TUIfly GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.