Language of document : ECLI:EU:T:2021:626


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad29 ta’ Settembru 2021 –
Ryanair et vs IlKummissjoni

(Kawża T448/18)

“Għajnuna mill-Istat – Ftehimiet konklużi bejn Kärntner Flughafen Betriebsgesellschaft ma’ Ryanair u s-sussidjarji tagħha Airport Marketing Services u Leading Verge.com – Servizzi ajruportwali – Servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Imputabbiltà lill-Istat – Vantaġġ – Kriterju ta’ investitur privat – Irkupru – Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Dritt ta’ aċċess għall-fajl – Dritt għal smigħ”

1.      Proċedura ġudizzjarja – Terminu għall-produzzjoni tal-provi – Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Produzzjoni ta’ provi qabel l-għeluq tal-fażi orali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Dewmien – Ġustifikazzjoni – Assenza

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 85(3))

(ara l-punti 57, 63)

2.      Rikors għal annullament – Stħarriġ tal-legalità – Kriterji – Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data ta’ adozzjoni tal-att kontenzjuż

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 69)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Preskrizzjoni deċennali tal-Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589 – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni – Data tal-għoti tal-għajnuna lill-benefiċjarju

(Artikolu 108(2) TFUE; Regolament 2015/1589, Artikolu 17)

(ara l-punt 70)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Preskrizzjoni deċennali tal-Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589 – Applikazzjoni kemm għall-Istat Membru kkonċernat kif ukoll għall-benefiċjarju u għal terzi – Interruzzjoni tal-preskrizzjoni permezz ta’ diversi talbiet għal informazzjoni indirizzati mill-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat u lill-benefiċjarju

(Artikolu 108(2) TFUE; Regolament 2015/1589, Artikolu 17)

(ara l-punti 71 sa 76)

5.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Referenza għad-dati ta’ adozzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ miżuri li jistgħu jinterrompu t-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589 – Motivazzjoni suffiċjenti

(Artikoli 107(1) u 296 TFUE)

(ara l-punti 80 sa 85, 256)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Possibbiltà għall-benefiċjarju tal-għajnuna li jinvoka drittijiet li, fihom infushom, huma daqstant estiżi bħad-drittijiet tad-difiża – Assenza – Dritt tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jiġi assoċjat mal-proċedura b’mod adegwat – Portata

(Artikolu 108(2) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41)

(ara l-punti 96 sa 112, 116, 117, 124 sa 127)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għajnuna mogħtija minn impriża pubblika – Impriża kkontrollata mill-Istat – Imputabbiltà lill-Istat tal-miżura ta’ għajnuna – Ġabra ta’ indizji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Kuntratti ta’ servizzi ajruportwali u ta’ kummerċjalizzazzjoni li jagħtu lok għal vantaġġ favur kumpannija tal-ajru konklużi minn żewġ impriżi kkontrollati 100 % mill-Istat – Inklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 140 sa 151)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Distinzjoni bejn ir-rekwiżit ta’ selettività u l-iskoperta konkomitanti ta’ vantaġġ ekonomiku kif ukoll bejn skema ta’ għajnuna u għajnuna individwali – Għajnuna individwali – Kuntratti ta’ servizzi ajruportwali u ta’ kummerċjalizzazzjoni li jagħtu lok għal vantaġġ favur kumpannija tal-ajru – Preżunzjoni ta’ selettività – Neċessità ta’ paragun tal-benefiċjarju ma’ operaturi oħra li jinstabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli fid-dawl tal-għan li jrid jintlaħaq mill-miżura – Assenza

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 155 sa 164)

9.      Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 171 sa 174)

10.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Stat azzjonist ta’ impriża – Stat li jaġixxi bħala awtorità pubblika – Distinzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur– Kuntratti ta’ servizzi ajruportwali u ta’ kummerċjalizzazzjoni ma’ kumpannija tal-ajru li jipprevedu remunerazzjoni marbuta mill-qrib mal-operat tas-servizzi tal-ajru – Vantaġġ ekonomiku mogħti mill-Istat fil-kwalità tiegħu ta’ operatur ekonomiku u mhux fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità pubblika

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 178 sa 185)

11.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-operazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha – Assenza ta’ ġerarkija bejn il-metodu tal-analiżi komparattiva u l-metodi ta’ evalwazzjoni l-oħra

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 190 sa 194)

12.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(1) TFUE – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prassi preċedenti – Esklużjoni

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 216, 324, 381)

13.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-miżura kontenzjuża u tal-kuntest tagħha – Teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi disponibbli fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni li tirrigwarda l-miżura inkwistjoni – Obbligi ta’ investigazzjoni li jaqgħu fuq il-Kummissjoni – Portata

(Artikolu 108(2) TFUE)

(ara l-punti 271 sa 274, 291)

14.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Natura raġonevoli tat-tranżazzjoni għal investitur privat li tfittex politika għal żmien medju jew fit-tul – Kuntratti ta’ servizzi ajruportwali u ta’ kummerċjalizzazzjoni li jagħtu lok għal vantaġġ favur kumpannija tal-ajru – Analiżi tal-profittabbiltà ta’ dawn il-kuntratti – Evalwazzjoni mwettqa billi l-perijodu ta’ żmien jiġi limitat għat-tul tal-kuntratti – Ammissibbiltà

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 313 sa 322)

15.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-operazzjoni kontenzjuża u tal-kuntest tagħha – Obbligu tal-Istat Membru li jipprovdi l-elementi rilevanti kollha għall-eżami tal-kriterju tal-investitur privat – Obbligu tal-Kummissjoni li tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq elementi kompleti u affidabbli

(Artikoli 107 u 108(2) TFUE)

(ara l-punti 329, 330)

16.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji – Kuntratti ta’ servizzi ajruportwali u ta’ kummerċjalizzazzjoni – Analiżi tal-profittabbiltà ta’ dawn il-kuntratti – Teħid inkunsiderazzjoni tal-għajnuna mogħtija lill-amministratur tal-ajruport sabiex jiffinanzja parzjalment l-imsemmija kuntratti bħala dħul marġinali – Assenza

(Artikolu 107(1) TFUE)

(ara l-punti 337 sa 345)

17.    Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti – Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat – Obbligu tal-Kummissjoni li tiffissa ammont li effettivament jikkorrispondi għall-vantaġġ reali tal-għajnuna – Portata – Vantaġġ li jirriżulta mill-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ servizzi ajruportwali u ta’ kummerċjalizzazzjoni – Modalità ta’ kalkolu – Ammont iddeterminat biss abbażi ta’ provi ex ante u li jistgħu jiġu aġġustati skont il-provi prodotti sussegwentement mill-Istat Membru– Ammissibbiltà

(Artikolu 108 TFUE)

(ara l-punti 414 sa 420, 424 sa 429)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2018/628 tal‑11 ta’ Novembru 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.24221 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentata mill-Awstrija għall-ajruport ta’ Klagenfurt, għal Ryanair u linji tal-ajru oħrajn li jużaw l-ajruport (ĠU 2018, L 107, p. 1), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ryanair DAC, Airport Marketing Services Ltd et FR Financing (Malta) Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.