Language of document : ECLI:EU:T:2012:281





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 — Meda Pharma vs UASI — Nycomed (ALLERNIL)

(Kawżi magħquda T-492/09 u T-147/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali ALLERNIL — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ALLERNIL — Trade mark verbali nazzjonali preċedenti ALLERGODIL — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30, 52)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2009 (Każijiet R 1386/2007-4 u R 697/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meda Pharma GmbH & Co. KG u Nycomed GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Meda Pharma GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi T‑492/09 u T 147/10.