Language of document : ECLI:EU:T:2013:40





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Jannar 2013 – Germans Boada vs UASI (Apparat għall-qtugħ manwali taċ-ċeramika)

(Kawża T‑25/11)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Apparat għall-qtugħ manwali taċ-ċeramika — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2) u (3)) (ara l-punti 16, 17)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 22-24)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta apparat għall-qtugħ manwali taċ-ċeramika (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b), u (3)) (ara l-punti 30-34, 43-50, 79-91)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma tal-prodott — Karattru distintiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 35-38)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (3)) (ara l-punti 53-57)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Trade mark li ma hijiex ta’ karattru distintiv f’parti mill-Unjoni — Kisba tal-karattru distintiv f’din l-istess parti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(2) u (3)) (ara l-punti 55, 68, 69)

7.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tas-sehem li t-trade mark għandha mis-suq u tas-sehem tal-volum tal-investimenti pubbliċitarji użati biex din tiġi promossa — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 76-78)

8.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu — Trade mark tridimensjonali — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3)) (ara l-punt 83)

9.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punt 93)

10.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 104)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat‑28 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 771/2010‑1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal tridimensjonali li jirrappreżenta apparat għall-qtugħ manwali taċ-ċeramika bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Germans Boada, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.