Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Marzu 2012 - Feng Shen Technology vs UASI - Majtczak (FS)

(Kawża T-227/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva FS - Mala fide tal-applikant - Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Feng Shen Technology Co. Ltd (Guieshan Township, it-Tajwan) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Jarosław Majtczak (Łódź, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment J. Wyrwas, sussegwentement J. Radłowski, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta' April 2009, (Każ R 529/2008-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Feng Shen Technology Co. Ltd u Jarosław Majtczak

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta' April 2009 (Każ R 529/2008-4), hija annullata.

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Feng Shen Technology Co. Ltd.

Jarosław Majtczak għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 193, 15.08.2009.