Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – British Telecommunications u BT Pension Scheme Trustees vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-226/09 u T-230/09) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Eżenzjoni parzjali tal-obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjoni lill-Fond għall-Ħarsien tal-Pensjonijiet – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Riżorsi tal-Istat – Benefiċċju – Natura selettiva – Ksur tal-kompetizzjoni – Impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità – Aspettattivi leġittimi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Implementazzjoni tal-għajnuna”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: British Telecommunications (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Robert, M. Newhouse, T. Castorina, solicitors, J. Holmes, barrister, u H. Legge, QC) (Kawża T-226/09); u BT Pension Scheme Trustees Ltd (Londra) (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati) (Kawża T-230/09)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u N. Khan, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/703/KE, tal-11 ta’ Frar 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat C 55/2007 (ex NN 63/07, CP 106/06) implementata mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq – Garanzija pubblika favur B[ritish T[elecommunications] (ĠU L 242, p. 21).DispożittivIr-rikorsi huma miċħuda.Fil-Kawża T-226/09, British Telecommunications plc hija kkundannata għall-ispejjeż.Fil-Kawża T-230/09, BT Pension Scheme Trustees Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.