Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' April 2010 - Claro vs UASI - Telefónica (Claro)

(Kawża T-225/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja tridimensjonali Claro - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLARO - Inammissibbiltà tal-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell - Artikoli 59 u 62 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 60 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Claro, SA (São Paulo, il-Brażil) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Telefónica SA (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta' Frar 2009 (Każ R 1079/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Telefónica SA u BCP S/A.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Claro SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.2009.