Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Mejju 2011 - Olymp Bezner vs UASI - Bellido (OLYMP)

(Kawża T-204/09)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OLYMP - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OLYMPO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni -Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olymp Bezner GmbH & Co. KG (Bietigheim-Bissingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Bellido, SA (Manzanares, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta' Marzu 2009 (Każ R 598/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Miguel. Bellido, SA u Sánchez u Olymp Bezner GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Olymp Bezner GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 167, 18.7.2009.