Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Settembru 2011 - Rügen Fisch vs UASI Schwaaner Fischwaren (SCOMBER MIX)

(Kawża T-201/09)1

["Trade mark Komunitarja - Proċedura għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Ttrade mark Komunitarja verbali SCOMBER MIX - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rügen Fisch AG (Sassnitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spuhler u M. Geitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Schwaaner Fischwaren GmbH (Schwaan, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Jaeger-Lenz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta' Marzu 2009, (Każ R 230/2007-4) fir-rigward ta' proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Rügen Fisch AG u Schwaaner Fischwaren GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Rügen Fisch AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.2009.