Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Mejju 2009 - Deichmann-Schuhe vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' faxxa angolata b'linji bit-tikek)

(Kawża T-202/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heinrich Deichmann-Schuhe GmbH & Co. KG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Rauscher, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' April 2009 (R 224/2007-4) u

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi faxxa angolata b'linji bit-tikek, għal prodotti fil-klassijiet 10 u 25 (reġistrazzjoni internazzjoni, li tirreferi għall-Unjoni Ewropea, Applikazzjoni Nru W 00881226)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: protezzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/20091), peress li hemm nuqqas ta' karattru distintiv.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)