Language of document : ECLI:EU:T:2010:41





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2010 – Bakonyi vs L‑Ungerija

(Kawża T-456/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri provviżorji - Rikors pinċipali preċedentement miċħud - Talba li ma għadx għandha skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 279 TFUE) (ara l‑punti 3, 4)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji mressqa fil-kuntest ta’ rikors kontra ir-Repubblika tal-Ungerija.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.

2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.