Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2012 - Royalton Overseas vs UASI - SC Romarose Invest (KAISERHOFF)

(Kawża T-556/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Royalton Overseas Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: C. Năstase, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Romarose Invest Srl (Bukarest, ir-Rumanija)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fl-4 ta' Ottubru 2012 u nnotifikata fit-22 ta' Ottubru 2012 mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 2535/2011-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Royalton Overseas Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "KAISERHOFF" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8 u 21 - Reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 9242066

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: SC Romarose Invest Srl

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni ta' trade mark Rumena Nru 110809 tat-trade mark verbali "KAISERHOFF" għal prodotti fil-klassijiet 11, 21 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tar-Regola 50, ikkorroborata mir-Regola 20(7), tar-Regolament Nru 2868/95 u tal-Artikoli 76(1) u 42(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________