Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Royalton Overseas vs UASI – S.C. Romarose Invest (KAISERHOFF)

(Kawża T-556/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KAISERHOFF – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KAISERHOFF – Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva – Regoli 20 u 50 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 – Exami ex officio tal-fatti – Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Royalton Overseas Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Năstase, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: S.C. Romarose Invest Srl (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: R.-G. Dragomir u G.-L. Ilie, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2535/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn S.C. Romarose Invest Srl u Royalton Overseas Ltd.DispożittivId-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2535/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn S.C. Romarose Invest Srl u Royalton Overseas Ltd hija annullata.2)    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Royalton Overseas, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Royalton Overseas għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.3)    S.C. Romarose Invest għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Royalton Overseas, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Royalton Overseas għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.