Language of document : ECLI:EU:T:2014:985





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Novembru 2014 —
Royalton Overseas vs UASI — S.C. Romarose Invest (KAISERHOFF)


(Kawża T‑556/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KAISERHOFF — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KAISERHOFF — Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva — Regoli 20 u 50 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ appell — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 19)

2.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Dmir ta’ diliġenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 27)

3.                     Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ appell — Appelli quddiem il-Bordijiet tal-Appell — Sospensjoni tal-proċedimenti — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, ir-regola 20(7)(c) tal-Artikolu 1) (ara l-punti 30, 31, 33)

4.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Sospensjoni tal-proċedimenti — Talba għal sospensjoni bbażata fuq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa kontra t-trade mark preċedenti — Ċaħda tat-talba minħabba t-tressiq tal-imsemmija talba matul il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, ir-regola 20(7)(c) tal-Artikolu 1) (ara l-punti 38-42)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2535/2011‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn S.C. Romarose Invest Srl u Royalton Overseas Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2535/2011‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn S.C. Romarose Invest Srl u Royalton Overseas Ltd hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Royalton Overseas, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Royalton Overseas għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

3)

S.C. Romarose Invest għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Royalton Overseas, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Royalton Overseas għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.