Language of document : ECLI:EU:T:2015:237





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ April 2015 –

Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener vs Il‑Kunsill

(Kawżi magħquda T‑558/12 u T‑559/12)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina – Emenda tar-regolament li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv – Artikolu 2(10) u (11) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Kalkolu tal-marġni ta’ dumping – Aġġustamenti – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni – Interpretazzjoni tar-regolament bażiku antidumping fid-dawl tal-ftehim antidumping tal-GATT tal-1994 – Obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-esportazzjonijiet paragunabbli kollha u mhux biss dawk lejn l-Unjoni – Obbligu li tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-prezzijiet permezz tal-metodu ta’ aġġustament (Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ, “Ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 2.4.2; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(10) u (11)) (ara l-punti 32-40)

2.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni – Natura ġusta tal-paragun – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(10) u (11)) (ara l-punti 46-48, 71)

3.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni – Esklużjoni mill-paragun ta’ ċerti tipi ta’ prodotti u ġeneralizzazzjoni sussegwenti tal-ammont tad-dumping għat-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat – Applikabbiltà tal-ġurisprudenza u tal-prassi deċiżjonali dwar il-mekkaniżmu tat-tnaqqis għal żero – Assenza – Ammissibbiltà fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(11)) (ara l-punti 60, 85-88, 94)

4.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq – Riferiment għall-prezz ta’ pajjiż li għandu ekonomija tas-suq – Possibbiltà li jiġi injorat ir-rekwiżit li jintgħażel pajjiż analogu u li tintuża kwalunkwe bażi raġonevoli oħra – Kundizzjonijiet – Impossibbiltà li jiġi applikat il-metodu prijoritarju bbażat fuq l-għażla ta’ pajjiż analogu (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(a)) (ara l-punti 68, 69)

5.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni – Aġġustamenti – Kundizzjonijiet – Oneru tal-prova – Differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi tal-prodotti – Konsegwenzi – Differenzazzjoni tal-prodotti skont it-tip u esklużjoni tal-paragun ta’ ċerti tipi – Approċċ li jippermetti paragun ġust (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(10)) (ara l-punti 73-80, 101, 102)

6.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni – Obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas – Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(8), (9) u (11)) (ara l-punti 91, 92)

7.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni – Aġġustamenti – Differenzi ta’ effikaċja ta’ konsum u ta’ produttività – Ċirkustanzi li ma jaffettwax neċessarjament il-komparabbiltà bejn il-prezz jew il-valur normali f’pajjiż analogu li għandu ekonomija tas-suq u l-prezz ta’ esportazzjoni f’pajjiż li ma għandux tali ekonomija (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(a), (10) u (11)) (ara l-punt 110)

8.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni – Aġġustamenti – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Differenzi fl-ispejjeż – Neċessità li jintwera l-effett tal-prezzijiet u tal-komparabbiltà tagħhom (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(10)) (ara l-punti 113, 114, 118)

9.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolament ta’ implementazzjon li jemenda regolament li jistabbilixxi dazji antidumping (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 924/2012) (ara l-punti 121-123)

Suġġett

Talbiet għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 275, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI).

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.