Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta Frar 2013 - ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-64/13)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopion, Emporiou kai Viomikhanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Khristianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li r-rikorrenti ma għandhiex l-obbligu tirrimborsa, bħala somma mhux dovuta, l-ammont li l-Kummissjoni kienet ħallsitha għall-proġett DOC@HAND;

tiddikjara li r-rikorrenti ma għandhiex l-obbligu tħallas id-danni lill-Kummissjoni għall-proġett DOC@HAND; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda r-responsabbiltà tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-Kuntratt Nru 508015 għall-implementazzjoni tal-proġett "Knowledge Sharing and Decision Support for Healthcare Professionals" (DOC@HAND), skont l-Artikolu 272 TFUE. B'mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li, għalkemm hija wettqet l-obbligi kuntrattwali tagħha, il-Kummissjoni, bi ksur tal-imsemmi kuntratt, tal-prinċipju ta' bona fede, tal-projbizzjoni mill-abbuż ta' dritt u tal-prinċipju ta' proporzjonalità, talbet mingħand ANKO rimbors tal-ammonti li tħallsu lilha.

Għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li ma hijiex obbligata tirrimborsa bħala somma mhux dovuta l-ammont kollu mħallas lilha mill-Kummissjoni għall-proġett DOC@HAND u, it-tieni nett, li ma hijiex obbligata tħallas id-danni lill-Kummissjoni għall-proġett DOC@HAND.

____________