Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2013 – Three-N-Products vs UASI – Munindra (AYUR)

(Kawża T-63/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali AYUR – Trade marks Benelux verbali preċedenti AYUS – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Three-N-Products Private Ltd (New Delhi l-Indja) (rappreżentanti: M. Thewes u T. Chevrier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Munindra Holding BV (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2296/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Munindra Holding BV u Three-N-Products Private Ltd.DispożittivIr-rikors huwa micħud.Three-N-Products Private Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.