Language of document : ECLI:EU:T:2014:681





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2014 — Langguth Erben vs UASI (Forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika)

(Kawża T‑66/13)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (2), Artikolu 75, Artikolu 76(1) u Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 18, 19)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma tal-prodott — Forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 35, 40-43, 51, 57)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark tridimensjonali kkostitwita mill-forma tal-prodott — Karattru distintiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 36-39)

4.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ legalità — Neċessità ta’ eżami strett u sħiħ f’kull każ konkret (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 53)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri — Effett (ara l-punt 63)

6.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 72, 73)

7.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Reġistrazzjoni ta’ trade mark ġdida — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 74)

8.                     Trade mark Komunitarja — Konverżjoni f’applikazzjoni għal trade mark nazzjonali –Rikors għall-istabbiliment tal-proċedura nazzjonali — Obbligu li ssir analiżi ddettaljata tal-karattru distintiv tas-sinjal fl-Istati Membri kollha — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 75 u 112(2)(b)) (ara l-punti 79-82)

9.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Użu tal-proċedura orali — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Uffiċċju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 77(1)) (ara l-punt 88)

10.                     Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 94)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Novembru 2012 (Każ R 129/2012‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ flixkun ta’ xarba alkoħolika bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Franz Wilhelm Langguth Erben GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).