Language of document : ECLI:EU:T:2014:952





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 —
ANKO vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑64/13)

“Klawżola ta’ arbitraġġ — Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002-2006) — Kuntratt li jikkonċerna l-proġett Doc@Hand — Rimbors tas-somom antiċipati — Ittra li tħabbar il-ħruġ ta’ nota ta’ debitu — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti — Neċessità tal-eżistenza ta’ interess ġuridiku sal-għoti tad-deċiżjoni ġudizzjarja (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 113 u 114(3) u (4)) (ara l-punt 30)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali ddefinita esklużivament permezz tal-Artikolu 272 TFUE u permezz tal-klawżola ta’ arbitraġġ — Applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward ta’ ġurisdizzjoni u ta’ ammissibbiltà — Esklużjoni (Artikolu 272 TFUE) (ara l-punt 31)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti konklużi fil-kuntest ta’ programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Rexissjoni unilaterali mill-Kummissjoni bbażata fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali — Talba għar-rimbors tal-antiċipi — Rikors ippreżentat mill-benefiċjarju kontra l-ittra tal-Kummissjoni li tħabbar l-intenzjoni tagħha li toħroġ nota ta’ debitu — Assenza ta’ ffissar tal-kundizzjonijiet tal-pagament u tad-data ta’ skadenza — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inamissibbiltà tar-rikors (Artikolu 272 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 71(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 78 u 79) (ara l-punti 38, 39, 46-51, 53)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE, intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tikkonstata, l-ewwel nett, li r-rikorrenti ma hijiex obbligata tirrimborsa s-somma li l-Kummissjoni ħallsitha għall-proġett Doc@Hand, konkluż fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2002‑2006) u, it-tieni nett, li r-rikorrenti ma hijiex obbligata tħallas kumpens f’somma f’daqqa għall-istess proġett.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata għall-ispejjeż.