Language of document : ECLI:EU:T:2013:47





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑540/10)

“Fond ta’ Koeżjoni — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond f’erba’ stadji ta’ proġett li jikkonċerna l-kostruzzjoni ta’ sezzjonijiet tal-linja ta’ veloċità għolja li tgħaqqad lil Madrid mal-fruntiera Franċiża — Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 — Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1386/2002 — Xogħlijiet jew servizzi addizzjonali — Kunċett ta’ ‘raġunijiet mhux imbassra’ — Artikolu 20(2)(f) tad-Direttiva 93/38/KEE”

1.                     Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali — Għajnuna strutturali — Finanzjamenti Komunitarji mogħtija għal azzjonijiet nazzjonali — Regolament Nru 1164/94 — Sospensjoni jew tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja wara irregolaritajiet — Tbassir ta’ terminu ta’ dekadenza għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1164/94, Anness II, Artikolu H(2)) (ara l-punt 29)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Testi plurilingwi — Interpretazzjoni uniformi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti (ara l-punti 29, 30)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Metodi — Interpretazzjoni ta’ regolament ta’ applikazzjoni fir-rigward tar-regolament bażiku (ara l-punt 34)

4.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet — Direttiva 93/38 — Għoti ta’ kuntratti — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza — Portata — Emenda mill-entità kontraenti, wara l-attribuzzjoni, ta’ waħda mill-kundizzjonijiet tagħha — Inammissibbiltà (Direttiva tal-Kunsill 93/38, Artikoli 4(2) u 20(2)(f)) (ara l-punti 42-45, 49-52, 60-65)

5.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet — Direttiva 93/38 — Derogi mir-regoli komuni — Interpretazzjoni stretta — Użu mill-proċedura nnegozjata — Limiti (Direttiva tal-Kunsill 93/38) (ara l-punti 54, 55)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Eżekuzzjoni mill-Istati Membri — Neċessità ta’ traspożizzjoni kompleta — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 93/38) (ara l-punt 56)

7.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet — Direttiva 93/38 — Għoti ta’ kuntratt — Emendi magħmula lid-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku matul il-validità tiegħu — Kunċett ta’ emenda sostanzjali (Direttiva tal-Kunsill 93/38) (ara l-punt 63)

8.                     Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet — Direttiva 93/38 — Derogi mir-regoli komuni — Interpretazzjoni stretta — Eżistenza ta’ ċirkustanzi imprevisti — Oneru tal-prova (Direttiva tal-Kunsill 93/38, Artikolu 20(2)) (ara l-punti 74-84, 89-95, 99-112)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6154, tat-13 ta’ Settembru 2010, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni lill-istadji ta’ proġett intitolati “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Saragossa-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma). Sottosezzjoni IX-A” (CCI 2001.ES.16.C.PT.005), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Saragossa-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma). Sottosezzjoni X-B (Avinyonet del Penedès-Sant Sadurní d’Anoia)” (CCI 2001.ES.16.C.PT.008), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Saragossa-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma). Sottosezzjonijiet XI‑A u XI-B (Sant Sadurní d’Anoia-Gelida)” (CCI 2001.ES.16.C.PT.009), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Saragossa-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma). Sottosezzjoni IX-C” (CCI 2001.ES.16.C.PT.010) u, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali tal-imsemmija deċiżjoni, sa fejn tikkonċerna l-korrezzjonijiet applikati għall-emendi li jirriżultaw mill-qbiż tal-livelli tal-ħoss (sottosezzjoni IX-A), mill-bidla ta’ pjan ġenerali ta’ żvilupp urban tal-muniċipalità ta’ Santa Oliva (Spanja) (sottosezzjoni IX-A) u mit-tibdil tal-kundizzjonijiet ġeotekniċi (sottosezzjonijiet X-B, XI-A, XI-B u IX-C), billi l-ammont tal-korrezzjonijiet deċiżi mill-Kummissjoni jitnaqqsu b’EUR 2 348 201.96.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.