Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Mejju 2012 - Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-345/10)
("FAEGG - Taqsima 'Gwida' - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Miżuri ta' sostenn għall-investimenti fl-impriżi agrikoli - Effettività tal-kontrolli")
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. Saraiva de Almeida, aġenti, assistiti minn M. Figueiredo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u G. von Rintelen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4255 finali, tad-29 ta' Ġunju 2010, dwar l-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji fl-għajnuna tal-FAEGG, Taqsima "Gwida", mogħtija fil-programm operattiv CCI 1999.PT.06.1.PO.007 (Il-Portugall - programm nazzjonali Objettiv 1) fir-rigward tal-miżura "Investimenti fl-impriżi agrikoli".
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż
____________1 - ĠU C 301, 06.11.2010.