Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-143/12) 1

“Għajnuna mill-Istat – Qasam postali – Finanzjament tal-ispiża addizzjonali ta’ salarji u tal-ispiża ta’ natura soċjali li tirrigwarda parti mill-persunal ta’ Deutsche Post permezz ta’ sussidji u tal-allokazzjoni ta’ dħul mir-remunerazzjoni tas-servizzi b’tariffi rregolati – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Kunċett ta’ vantaġġ – Sentenza ‘Combus’ – Turija tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku u selettiv – Assenza”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u K. Petersen, sussegwentement minn T. Henze u K. Stranz, aġenti, assistiti minn U. Soltész, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 1 u 4 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/636/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar il-miżura C 36/07 (ex NN 25/07) implimentata mill-Ġermanja għal Deutsche Post AG (ĠU 2012, L 289, p. 1),

Dispożittiv

L-Artikoli 1 u 4 sa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/636/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar il-miżura C 36/07 (ex NN 25/07) implimentata mill-Ġermanja għal Deutsche Post AG huma annullati.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 165, 9.6.2012