Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Settembru 2012 - HerkuPlast Kubern vs UASI - How (eco-pack)

(Kawża T-445/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja eco-pack - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti ECOPAK - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HerkuPlast Kubern GmbH (Ering, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Heidi A. T. How (Harrow, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta' Lulju 2010, (Każ R 1014/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn HerkuPlast Kubern GmbH u Heidi A. T. How.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-27 ta' Lulju 2010, (Każ R 1014/2009-4) hija annullata.

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn HerkuPlast Kubern GmbH.

____________

1 - ĠU C 317, 20.11.2010.