Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 – Andechser Molkerei Scheitz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-13/12) 1

(“Rikors għal annullament u għad-danni – Saħħa pubblika – Lista tal-addittivi tal-ikel awtorizzati fil-prodotti tal-ikel – Glikosidi tal-istevjol – Rikors inammissibbli jew manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Andechser Molkerei Scheitz GmbH (Andechs, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjonni Ewropea (rappreżentanti: S. Grünheid u P. Ondrůšek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1131/2011, tal-11 ta’ Novembru 2011, li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-glikosidi tal-istevjol (ĠU L 295, p. 205), sa fejn dan jippermetti l-użu tal-glikosidi tal-istevjol, estratti mill-weraq tal-pjanta Bertoni Stevia rebaudiana, biss bħala addittivi tal-ikel u mhux bħala ingredjenti tal-ħaxix ta’ oriġini agrikola jew bħala preparazzjonijiet aromatizzanti, kif ukoll talba għad-danni

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Andechser Molkerei Scheitz GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni.

____________

1 ĠU C 89, 24.03.2012.