Language of document : ECLI:EU:T:2012:343





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Lulju 2012 — Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-12/12)

“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Orphacol — Ittra li tinforma lir-rikorrenti dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni — Talba għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kummissjoni — Inammissibbiltà — Talba għal annullament — Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

1.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Intimazzjoni tal-istituzzjoni — Kundizzjonijiet — Talba espliċita u preċiża — Assenza ta’ regoli proċedurali — Ittra li tippermetti lill-istituzzjoni kkonċernata li tkun taf b’mod konkret il-kontenut tad-deċiżjoni mitluba (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE) (ara l-punti 38, 40)

2.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE qabel il-preżentata tar-rikors — Inammissibbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE) (ara l-punti 41-44)

3.                     Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ħtieġa tal-eżistenza ta’ interess bħal dan fl-istadju tal-preżentata tar-rikors u sal-għoti tad-deċiżjoni ġudizzjarja — Deċiżjoni li fil-mori tal-kawża tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata — Rikors li ma għadx għandu skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fin-nuqqas ta’ interess tar-rikorrent fl-annullament (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 52-55)

Suġġett

Talba sabiex jiġi kkonstatat nuqqas tal-Kummissjoni milli tieħu azzjoni meta din illegalment naqset milli tieħu deċiżjoni finali dwar it-talba għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Orphacol u, sussidjarjament, talba għal annullament tad-deċiżjoni, li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2011, li ma tagħtix lir-rikorrenti l-imsemmija awtorizzazzjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal nuqqas li tittieħed azzjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament ifformulata b’mod sussidjarju.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Laboratoires CTRS.

4)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.