Language of document : ECLI:EU:T:2013:74





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Frar 2013 — Provincie Groningen et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T‑15/12 u T‑16/12)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ sussidji għall-akkwist ta’ żoni naturali sabiex jiġi protett l-ambjent — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors — Interess marbut ma’ sitwazzjonijiet futuri u inċerti — Esklużjoni (Artikoli 107 TFUE, 108 TFUE u 263 TFUE) (ara l-punti 30, 31, 53)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Deċiżjoni li fil-prinċipju ma tikkawżax preġudizzju — Obbligu tal-Qorti Ġenerali li teżamina l-eventwali effetti ġuridiċi vinkolanti tal-Kummissjoni — Motiv li jirrigwarda ċerti kwalifiki fil-motivi tad-deċiżjoni — Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni ġuridikament vinkolanti fid-dispożittiv f’dan ir-rigward — Inammissibbiltà (Artikoli 107 TFUE, 108 TFUE u 263 TFUE) (ara l-punti 32, 33, 36-38)

3.                     Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni — Rikors ippreżentat mill-awtoritajiet inkarigati mill-għoti ta’ sussidji u mill-impriżi li jibbenefikaw minnhom — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikkawżax preġudizzju lir-rikorrenti — Assenza ta’ effetti ġuridiċi vinkolanti ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tal-imsemmija rikorrenti — Interess marbut ma’ sitwazzjonijiet futuri u inċerti — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà (Artikoli 107(1) u (3) TFUE, 108(3) TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 17 sa 19 u 21) (ara l-punti 41-56)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4945 finali, tat-13 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi fil-forma ta’ sussidji għall-akkwist ta’ artijiet bil-għan li jiġi protett l-ambjent (N 308/2010 – Il-Pajjiżi l-Baxxi).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tal-Landgoed Den Alerdinck II, tal-Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters, tal-Landgoed wełna, u tal-Heerlijkheid Mariënwaerdt.

3)

Provincie Groningen, Provincie Friesland, Provincie Drenthe, Provincie Overijssel, Provincie Gelderland, Provincie Flevoland, Provincie Utrecht, Provincie Noord-Holland, Provincie Zuid-Holland, Provincie Zeeland, Provincie Noord-Brabant, Provincie Limburg, Stichting Het Groninger Landschap, It Fryske Gea, Stichting Het Drentse Landschap, Stichting Landschap Overijssel, Stichting Het Geldersch Landschap, Stichting Flevo-landschap, Stichting Het Utrechts Landschap, Stichting Landschap Noord-Holland, Stichting Het Zuid-Hollands Landschap, Stichting Het Zeeuwse Landschap, Stichting Het Noordbrabants Landschap, Stichting Het Limburgs Landschap u Vereniging tot behoud van Natuurmonumenten in Nederland għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

5)

Landgoed Den Alerdinck II, Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters, Landgoed Welna, u Heerlijkheid Mariënwaerdt, li talbu sabiex jintervjenu, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.