Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – LS Fashion vs UASI – Gestión de Activos Isorana (L’Wren Scott)

(Kawża T-41/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali L’Wren Scott – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LOREN SCOTT – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LS Fashion LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Black u S. Davies, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gestión de Activos Isorana, SL (La Orotava, Spanja) (rappreżentanti: F. Brandolini Kujman, J.-B. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Novembru 2011 (Każ R 1584/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gestión de Activos Isorana, SL u LS Fashion, LLC.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.LS Fashion, LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.