Language of document : ECLI:EU:T:2013:221





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — AbbVie vs EMA

(Kawża T‑44/13 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti miżmuma mill-EMA li jinkludu informazzjoni sottomessa minn impriża fil-kuntest tat-talba tagħha għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali — Deċiżjoni li tagħti lil terz l-aċċess għal dokumenti — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2) (ara l-punti 34-36)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li tagħti l-aċċess għal xi rapporti ta’ studji kliniċi lil terz — Neċessità li tinżamm l-effettività tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-kawża prinċipali (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 39-44)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Riskju ta’ ħsara gravi u irreparabbli lid-drittijiet fundamentali (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE, Artikoli 278 TFUE, 279 TFUE u 339 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 7 u 47) (ara l-punti 47, 48, 52)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali — Rikors kontra deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li tagħti l-aċċess għal xi rapporti ta’ studji kliniċi lil terz — Motivi li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni koperta mis-sigriet tan-negozju — Motivi li jiżvelaw l-eżistenza ta’ kwistjonijiet legali kumplessi — Motivi mhux nieqsa minn fondatezza prima facie (Artikoli 278 TFUE u 339 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 7) (ara l-punti 54, 55, 65-70)

Suġġett

Talba essenzjalment intiża sabiex tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EMA/748792/2012 tal-EMA, tal-14 taʼ Jannar 2013, li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal ċerti dokumenti li fihom informazzjoni sottomessa fil-kuntest ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Humira ddestinat għat-trattament tal-marda Crohn.

Dispożittiv

1)

Hija sospiża l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EMA/748792/2012 tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), tal-14 ta’ Jannar 2013, li tagħti lil terz, bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, l-aċċess għar-rapporti ta’ studji kliniċi M02-404, M04-691 u M05-769, sottomessi fil-kuntest ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Humira ddestinat għat-trattament tal-marda Crohn.

2)

L-EMA hija ordnata ma tiżvelax id-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.