Language of document : ECLI:EU:T:2016:457

Kawża T‑159/15

Puma SE

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intelletwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta felin jaqbeż – Trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti li jirrappreżentaw felin jaqbeż – Raġuni relattiva għal rifjut – Amministrazzjoni tajba – Prova tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2016

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatt fid-dawl tal-provi li ma ġewx prodotti quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Reputazzjoni tat-trade mark fl-Istat Membru jew fl-Unjoni – Deċiżjoni li teskludi l-prattika deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju dwar ir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Obbligu ta’ motivazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5), u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, it-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1))

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, it-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1))

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Rabta bejn it-trade marks – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 14)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 20)

3.      Fir-rigward tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intelletwali tal-Unjoni Ewropea għandu, fil-kuntest tal-eżami ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, jqis id-deċiżjonijiet li diġà ttieħdu fuq applikazzjonijiet simili u jqis b’attenzjoni partikolari l-kwistjoni ta’ jekk kienx hemm lok jew le li jiddeċiedi bl-istess mod. Minħabba l-obbligu ta’ motivazzjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell ma setax imur kontra l-prassi deċiżjonali tal-Uffiċċju mingħajr ma jipprovdi ebda spjegazzjoni dwar ir-raġunijet li wassluh biex iqis li l-konstatazzjonijiet fattwali dwar ir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti, magħmula f’dawn id-deċiżjonijiet, ma jkunux rilevanti jew iktar rilevanti. Il-konstatazzjoni tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti hija konstatazzjoni tat-tip fattwali li ma tiddependix fuq it-trade mark mitluba.

Barra minn hekk, f’ċirkustanzi fejn id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Uffiċċju invokati mir-rikorrenti ma humiex akkumpanjati minn provi tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti prodotti fil-kuntest ta’ dawn il-proċedimenti preċedenti, il-Bord tal-Appell kellu, konformement mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, jitlob lir-rikorrenti sabiex tissottometti provi addizzjonali dwar ir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti – jekk biss biex jiċħadomlha – kif jippermettilu t-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, jew tipprovdi raġunijiet għalfejn hija qieset li l-konstatazzjonijiet magħmula f’dawn id-deċiżjonijiet preċedenti dwar ir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti għandhom ikunu injorati.

(ara l-punti 20, 33-35, 37)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 36)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 41, 42)