Language of document : ECLI:EU:T:2018:51

Kawża T105/16

Philip Morris Brands Sàrl

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Superior Quality Cigarettes FILTER CIGARETTES Raquel – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Marlboro – Raġuni relattiva għal rifjut – Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Regola 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal‑1 ta’ Frar 2018

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Provi ġodda jew supplimentari

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, it-tielet subparagrafu tar-Regola 50(1))

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Legalità – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata – Fatti u provi mhux ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu impost għal dan il-għan – Teħid inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ prova prodotta tardivament iżda li tista’ tkun ta’ natura li tibdel il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata – Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(5) u 76(2))

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni  – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjoni – Rabta bejn it-trade marks – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(5) u 53(1)(a))

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni  – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Grad ta’ xebh rikjest

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(5) u 53(1)(a))

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 38-41)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 55)

3.      Mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni tar-Regola 50 tar-Regolament Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità u tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li jgawdi l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ma tistax teżentatah mill-obbligu tiegħu li jiġbor il-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu f’każijiet fejn ir-rifjut li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċerti elementi prodotti tard iwassluh sabiex jikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

F’dan ir-rigward, fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, meta l-Bord tal-Appell jirrifjuta li jieħu inkunsiderazzjoni prova tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti, fis-sens tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, li hija prodotta tardivament imma li tista’ tkun tali li tbiddel il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata, huwa wettaq difett proċedurali bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

Fil-fatt, fid-dawl tar-rekwiżit li jirrijedi li l-Uffiċċju jieħu inkunsiderazzjoni d-deċiżjonijiet diġà adottati u li jistaqsi b’attenzjoni partikolari dwar jekk hemmx lok jew le li jiddeċiedi fl-istess sens, id-deċiżjoni preċedenti tal-istess Bord tal-Appell, fejn kien irrikonoxxa li t-trade mark preċedenti kienet akkwistat reputazzjoni kbira fl-Unjoni Ewropea kollha, ikkostitwixxiet manifestament indizju li din setgħet tgawdi minn reputazzjoni fis-sens tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. Konsegwentement, billi rrifjuta li jeżamina l-prova għall-motiv li kienet tardiva, il-Bord tal-Appell naqas milli jeżamina fattur potenzjalment rilevanti fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Konsegwentement, il-Bord tal-Appell kellu, skont id-dmir tiegħu ta’ amministrazzjoni tajba, jaċċetta l-provi tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti prodotti għall-ewwel darba quddiemu, u dan biss sabiex jirrifjutahom.

(ara l-punti 65-68, 77, 79)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 74)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 75)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 80)