Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Novembru 2010 – RWE Transgas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/09)

“Rikors għal annullament – Suq intern tal-gass naturali – Artikolu 22 tad Direttiva 2003/55/KE – Ittra tal-Kummissjoni li titlob lil awtorità regolatorja tibdel id-deċiżjoni tagħha rigward l-għoti ta’ eżenzjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament - Atti li jistgħu jiġu kkontestati - Kunċett - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Atti preparatorji - Ittra indirizzata mill-Kummissjoni lil awtorità nazzjonali regolatorja fil-kuntest tal-proċedura prevista mill-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55 - Esklużjoni (Artikolu 230 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/55, Artikolu 22(4)) (ara l-punti 37-47, 52)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2009, indirizzata lill-Bundesnetzagentur (awtorità regolatorja Ġermaniża) abbażi tal-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

RWE Transgas a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.