Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Settembru 2009 - Luciano Bianchin vs UASI - Grotto (GASOLINE)

(Kawża T-380/09)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luciano Bianchin (Asolo, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa u P. Massa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grotto SpA (Chiuppano, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta' Lulju 2009 għall-motivi kollha esposti u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

tordna l-produzzjoni tal-fajls tal-proċedimenti Nru B 7630410, Nru 000002087/C, Nru R1455/2008-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark verbali "GASOLINE" (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2.901.064) għal prodotti fil-klassi 9

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: GROTTO S.p.A.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark figurattiva Taljana li għandha l-element verbali "GAS (keep it simple)" (irreġistrata taħt in-Nru 959.343 u n-Nru 876.729) għal, inter alia, prodotti fil-klassi 9, u trade mark figurattiva Komunitarja li fiha l-element verbali "GAS" (Nru 2.867.463) għal prodotti fil-klassi 9.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba milqugħa u r-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Nuqqas totali ta' rilevanza tal-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________