Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 30 ta’ Jannar 2015 – Now Wireless vs UASI – Starbucks (HK) (now)

(Kawża T-278/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja figurattiva now – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Now Wireless (Guildford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Starbucks (HK) Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: P. Kavanagh, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2013 (Każ R 234/2012-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Now Wireless Ltd u Starbucks (HK) Ltd.DispożittivIr-rikors huwa miċħud. Now Wireless Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.