Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Growth Energy u Renewable Fuels Association vs Il-Kunsill

(Kawża T-276/13) 1

(“Dumping — Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti — Dazju antidumping definittiv — Rikors għal annullament — Assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri — Inammissibbiltà — Dazju antidumping fuq skala internazzjonali — Trattament Individwali — Teħid ta’ kampjuni — Drittijiet ta’ difiża — Nondiskriminazzjoni — Dmir ta’ diliġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Growth Energy (Washington, DC, l-Istati Uniti), u Renewable Fuels Association (Washington) (rappreżentanti: inizjalment P. Vander Schueren, sussegwentement P. Vander Schueren u M. Peristeraki, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn B. Byrne, solicitor u G. Berrisch, avukat, sussegwentement minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u T. Maxian Rusche, aġenti); u ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol (rappreżentanti: O. Prost u A. Massot, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013, tat-18 ta’ Frar 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 49, p. 10), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti u lill-membri tagħhom.

Dispożittiv

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013, tat-18 ta’ Frar 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Patriot Renewable Fuels LLC, Plymouth Energy Company LLC, POET LLC u Platinum Ethanol LLC.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Growth Energy u Renewable Fuels Association, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea u ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 226, 3.8.2013.