Language of document : ECLI:EU:T:2016:343





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Marquis Energy vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑277/13)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ bijoetanol li joriġina mill-Istati Uniti – Dazju antidumping definittiv – Rikors għal annullament – Interess dirett – Ammissibbiltà – Dazju antidumping fuq livell nazzjonali – Trattament individwali – Teħid ta’ kampjuni”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess dirett – Kriterji – Regolament li jimponi dazji antidumping – Interess dirett ta’ produtturi li ma esportawx il-prodott milqut minn dazju antidumping (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 55, 66‑80)

2.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess individwali – Kriterji – Regolament li jimponi dazji antidumping – Interess dirett ta’ produtturi li ma esportawx il-prodott milqut minn dazju antidumping (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 81‑105)

3.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Eżistenza ta’ rimedji oħra – Assenza ta’ effett (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 108)

4.                     Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mhux imqajma mill-konvenut – Inammissibbiltà – Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 142(3)) (ara l-punt 114)

5.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Regolament li jimponi dazji antidumping – Interess ġuridiku tal-produttur tal-prodott milqut mid-dazju antidumping (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 115‑117)

6.                     Ftehimiet internazzjonali – Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ – GATT tal-1994 – Impossibbiltà li jiġu invokati l-ftehimiet tad-WTO sabiex tiġi kkontestata l-legalità ta’ att tal-Unjoni – Eċċezzjonijiet – Att tal-Unjoni intiż li jiżgura l-implementazzjoni tiegħu jew li jirreferi għalih espressament u preċiżament (Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, “ftehim antidumping tal-1994”, Artikoli 6.10 u 9.2; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 9(5)) (ara l-punti 129‑139)

7.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Determinazzjoni ta’ dazji antidumping – Obbligu li jiġu imposti dazji individwali fuq kull fornitur – Portata – Interpretazzjoni fid-dawl tal-ftehim antidumping tal-GATT tal-1994 – Impożizzjoni ta’ dazji individwali fuq l-esportaturi jew il-produtturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw fl-investigazzjoni (Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, “ftehim antidumping tal-1994”, Artikoli 6.10 u 9.2; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 9(5) u 17(1) u (3)) (ara l-punti 142‑149, 156‑160)

8.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Teħid ta’ kampjuni – Tibdil fil-kompożizzjoni ta’ kampjun – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 17) (ara l-punt 150)

9.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Determinazzjoni ta’ dazji antidumping – Obbligu li jiġu imposti dazji individwali fuq kull fornitur – Eċċezzjonijiet – Interpretazzjoni fid-dawl tal-ftehim antidumping tal-GATT tal-1994 – Diffikultajiet sabiex jiġi stabbilit prezz ta’ esportazzjoni individwali għal produttur inkluż fil-kampjun li kkoopera fl-investigazzjoni – Esklużjoni (Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, “ftehim antidumping tal-1994”, Artikoli 6.10 u 9.2; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 9(5)) (ara l-punti 172‑189)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013, tat-18 ta’ Frar 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 49, p. 10), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013, tat-18 ta’ Frar 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil Marquis Energy LLC.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Marquis Energy.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.